Ftit xhur ilu Kylie tkellmet pubblikament fuq il-kundizzjoni tagħha alopecia li hi ssejħilha ‘Happylecia’. Din il-kundizzjoni hija fix-xagħar u skoprietha l-istilista tagħha waqt li kienet qed tagħmel xagħrha. Din l-istilista staqsietha jekk kinitx qed tinwkieta fuq xi ħaġa partikolari u din qaltilha le.
Kylie talbitha ritratt u xħin rat ir-ritratt ħadet xokk kbir għax ma kinitx qed tistenna dan. Imma ta’ bniedma pożittiva, Kylie tibda tfittex fuqha u fetħet qalbha fuq grupp ta’ Facebook fuq il-kundizzjoni tagħha. Minn dan il-grupp skopriet li mhux waħidha qed tbati minn din il-kundizzjoni u għamlet il-kuraġġ u tkellmet pubblkament biex tħeġġeġ lin-nies jiċċekjaw u żżid l-għarfien.
Lil Owen fuq Primetime, Kylie qaltlu li, “Trid tieqaf li din il-ħaġa qisha xi ħaġa ta’ barra minn hawn! Kemm-il darba kont immur għand l-istilista u nara xi nies iħarsu jew jersqu għax jaħsbu li tittieħed. Din kienet tweġgħani!”. Segwi l-intervista kollha hawn:
Nat Photography / Prime Time