Konna nafu li Lara Azzopardi hija attriċi mill-aqwa imma li skoprejna wkoll li bis-saħħa tal-M.A. fl-istudju tal-films, Lara taf ukoll toħloq proġett il-ġmiel tiegħu. Semmietu ‘Kużra’ u jitratta fuq il-qtil ta’ Duminka Galwa li kienu jsibuha bhala ta’ Maria Goretti.
Liema qtil sar fil-limiti tan-Naxxar nhar l-Erbgħa, 14 t’April 1869. B’dan il-film qasir, Lara jirnexxielha tirbaħ, “Best Director Award” minn Roma Film Awards, “Best Student Film” minn german United Film Festival, u r-rebbieħa ta’ Silver Award fi ‘Spotlight Documentary Film Awards, Atlanta”. Lara dan il-film produċietu u ddiriġietu hi wkoll. Tara dan il-filmat ukoll iħajrek tarah, tgħid meta ser narawh kollu?
Proset Lara!
Il-Filmat oriġinali ta’ Lara qiegħed HAWN.