Segwejtu Min Imissu? nhar il-Ġimgħa filgħaxija? Fil-programm li għadda it-tim u l-kast iddeċieda li jagħti sorpriża lil waħda minnhom! Kif sejħulha huma; "Issa jmissu xi ħadd ta' Min Imissu?".
Fil-fatt kien imissha Lara Azzopardi!
Lara poġġiet qisha mhix hi flimkien ma' Andreana u Claire fuq il-palk lesta biex jibda l-ġbid tal-episodju fejn fih se ssir intervista interessanti lill-karattri ta' Min Imissu? inġenerali! Madanakollu ma kinixt taf li l-programm ser ikun qed idur magħha!
Minn x'ħin Andreana qaltilha tieħu l-ewwel domanda tagħha u qratha, mill-ewwel indunat li hemm xi ħaġa mhix ċara! F'daqqa u l-ħin it-tim u l-kast kollu ħareġ jifraħ ma' Lara lest għall-programm iddedikat lilha!
Araw kif baqgħet sorpriża!