Il-Mara tal-Prim Ministru, Dr. Lydia Abela ta’ spiss iżżur il-ħaddiema u tirringrazzjahom tax-xogħol siewi li qed jagħmlu. Illum kien imiss li tmur fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid fejn bħalissa għaddej it-tilqim tal-anzjani. Hemm Lydia rringrazzjat lill-ħaddiema u professjonisti mediċi kollha. “Nappella biex kulħadd ikompli jimxi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa u jmur jieħu l-vaċċin malli jirċievi l-ittra rispettiva” tgħid Lydia.
Proset Lydia!