Bil-Filmat: Mariella Pace Asciak Terġa’ Tkanta Mhux Jien Mamà – L-Udjenza Tingħaqad Tkanta Magħha

Kienet serata speċjali għal Mariella Pace Asciak hekk kif reġgħet sabet ruħha fuq il-palk biex tagħti l-ħajja mill-ġdid lil kanzunetta li żgur li ħafna għadhom jiftakru u jħobbu, Mhux Jien Mamà. Mariella qasmet dan il-mument mas-segwaċi tagħha wara li, bis-saħħa ta’ Shanna Woods u Steph Spiteri, ingħaqdet mal-Malta Children's Choir waqt il-Lejla Maltija li ttellgħet f’Ħad-Dingli.

"Ilbieraħ kien jum speċjali għalija għax, grazzi għal Shanna Woods u Steph Spiteri, erġajt tlajt fuq il-palk flimkien mal-Malta Children's Choir biex inkanta l-kanzunetta li qatt ma ntesiet, Mhux Jien Mamà," kitbet Mariella. Jidher li l-kanzunetta għadha għal qalb ħafna nies, hekk kif Mariella rrakkontat li ntlaqgħu b’ħafna mħabba mill-udjenza, li saħansitra ngħaqdet magħhom u bdiet tkanta l-kanzunetta.

Mariella żvelat ukoll li dan mhux se jkun l-aħħar mument ta’ dan it-tip, hekk kif hemm aktar avvenimenti mħejjija għall-futur. Madankollu, għalissa għażlet li żżomm id-dettalji mistura u wegħdet li se tkun qed taqsamhom aktar ’il quddiem.

Żgur mument nostalġiku għal dawk kollha li tul is-snin baqgħu jiftakru Mhux Jien Mamà!

Ritratti:

Facebook / Mariella Pace Asciak

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI