Bil-Filmat: Soprana Maltija Tissuġġerixxi Erba' Melodiji Klassiċi Li Ħa Jgħinuk Torqod Aħjar

Is-soprana Maltija u trainee fl-onkoloġija qasmet diversi pariri importanti rigard irqad aħjar, fuq il-paġna tagħha Doctor in D Major. Sabet erba’ kanzunetti klassiċi li tarahom jgħinu lill-persuna biex torqod aħjar.

Dawn is-siltiet mużikali kapaċi jgħinuk tneħħi l-ħsibijiet li jkollok f’moħħok fil-ħajja ta’ kuljum, forsi wħud minħabba x-xogħol. Dawn huma: 

  • Mahler’s Symphony No. 5- Adagietto
  • Camille Saint-Saëns’s Suite “Le Carnaval des Animaux” ‘Le Cygne’
  • Gabriel Fauré – Après un rêve
  • Barber: Adagio for Strings, Op.11

Apparti minn hekk importanti li timxi mal-pariri ewlenin bħal; ma tqattax ħin quddiem il-mowbajl jew apparat teknoloġiku ieħor eżatt qabel torqod, ma tiekolx tqil kif ukoll torqod fl-istess ħin.

Segwi aktar f’dan il-filmat t’hawn taħt, u segwi HAWN għal aktar pariri interessanti. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI