Fuq bosta siti internazzjonali għadu kif tħabbar li l-kantanta internazzjonali Lady Gaga ġarrbet serqa kerha f’West Hollywood. Serqa li meta saret hi ma kinitx preżenti iżda biex tingħata lura dak li hu tagħha, toffri $500,000.
Fuq is-sit Independent ġie rrappurtat li l-persuna li hi mqabbda tieħu dawra lit-tlett iklieb li trabbi Lady Gaga, “sparaw erba’ tiri f’sidru qabel ma żewġt irġiel serrqu tnejn mit-tlett French bulldogs tal-kantanta, skont bosta rapporti”. It-tielet wieħed jidher li ġie salvat mill-pulizija.
L-isparatura saret fl-10pm tal-bieraħ filgħaxija u l-vittma ttieħdet l-isptar minnufih. It-tim ta’ Daily Mail ukoll ġie mgħarraf b’dan il-każ immedjatament minn xi xhieda u jidher li tnejn mill-kriminali laħqu ħarbu.
Aqra aktar HAWN
Instagram/ voyage.california