Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook Awla ġiet ippubblikata intervista li saret ma’ mara Maltija li kienet għamlet operazzjoni kosmetika, magħrufa bħala thigh lifting. L-esperjenza ma kintix waħda li xtaqet.
Qabel l-operazzjoni tgħid li staqsiet lill-professur jeħdilha ritratt tal-before and after. Hu qalilha m’għandekx għalfejn, u ma ħadilhiex. Hekk kif qamet mill-operazzjoni u marret il-kamra tal-banju, innutat li kien hemm xi ħaġa mhux bħall-operazzjoni ta’ qabel.
L-infermiera li kienet magħha biex tnaddfilha, staqsietha, “Inti rranġajt il-parti tiegħek?” Wara li l-mara qaltilha li le, ir-reazzjoni tagħha kienet, “Ah, issa fhimt.”
“Hi indunat li jiena ridt xi ħaġa u saritli xi ħaġa oħra,” tgħid il-mara. Kollox kien ċar meta oħtha marret biex tgħinha ħalli tuża l-kamra tal-banju. “Staqsietni, ‘Fejn hi l-parti tiegħek?’ Għidtilha, Ħudni issa l-isptar, jekk jogħġbok.”
Marru l-isptar u daħlet tistaqsi biex tkellem lit-tabib. Araw aktar fil-filmat: