Minħabba l-bosta similaritajiet li jeżistu bejn il-lingwa Maltija u dik Għarbija, jidher li bosta kienu dawk li ħasbu li r-raba' staġun ta' Love Island Malta kien verżjoni Għarbija ta' dan ir-reality xow magħruf madwar id-dinja kollha.
Fl-isfond ta' dan, paġna fuq il-pjattaforma ta' Instagram tellgħet filmat fejn fih iċċarat li l-lingwa użata matul Love Island Malta mhijiex dik Għarbija, iżda hija l-lingwa Maltija.
"Il-lingwa Maltija hija mnissla mill-Għarbi u dik hi r-raġuni għala bosta jaf raw tant xebħ bejn iż-żewġ lingwi," spjegat f'iżjed dettall waħda mill-preżentaturi ta' din il-paġna.
Instagram / @this.is.dubai.official u Facebook / Love Island Malta