Din il-koppja ddeċidiet li tinkludi lil kelba fil-jum tat-tieġ tagħha u kellha r-rwol importanti ferm f'din iċ-ċerimonja. Kif tistgħu taraw fil-filmat il-kelba kienet qed iġorr iċ-ċrieket ta' din il-koppja! Ovvjament il-kelba kellha bżonn ta' ftit għajnuna f'dan il-jum speċjali u kien hemm persuna inkarigata li tieħu ħsiebha.
B'tant ħlewwa l-persuna li kienet qed tieħu ħsieb il-kelba, telqitha fil-mument opportun sabiex tasal fuq l-artal ħdejn is-sidien tagħha. L-għarus ħall iċ-ċrieket minn mal-kelba biex setgħu ikomplu biċ-ċerimonja. Żgur li l-kelba serqet ftit l-attenzjoni ta' dawk preżenti u kienu bosta li kkumentaw u qalu kemm hi ħelwa.
Dan il-filmat kien mitfugħ fuq RUBS Puppy Love u tista' tgħid li niżel għasel! Min jaf ħajjarx lil koppji oħra li jiddeċiedu li jaqsmu l-ġurnata speċjali tagħhom mal-annimal magħruf bħala l-akbar ħabib tal-bniedem! Int x'taħseb?
Facebook / Lillian Chetcuti Riolo