Illum Mario u Pj tista’ tgħid li kellhom l-aktar sfida taħraq kemm ilu jeżisti ‘Ħadd Għalik’. F’dan il-programm, naraw ħafna sfidi bejn dawn it-tnejn imma tal-lum kienet diffiċli. Ħasbu li kienet ġejja sfida faċli, iżda t-tim tal-produzzjoni tiżvela x’kellha f’moħħha.
Wara li ftit ġimgħat ilu kellhom l-isfida ta’ bżaru jaħraq, it-telespettaturi ħadu pjaċir jarawha u ssuġġerew lit-tim biex jagħmel sfida bhala. Att ta’ karita? L-isfida tal-lum kienet min minnhom issib Jelly Bean jaħraq, b’kull rawnd il-ħelwa tkun aktar taħraq minn ta’ qabilha. L-aktar li sab ħelu jaħraq kien Mario b’hekk spiċċa rebaħ l-isfida.
Xħin spiċċa lil Yurgen il-preżentatur qallu, “Warrab minn quddiemi għax bil-ħruq li għandi bħalissa nixwik!”