“Grazzi Talli Tieħu Ħsiebna U Ta’ Kollox U Jistħoqqlok Ir-Rispett Kollu Tad-Dinja” – Messaġġ Li Rċieva Etienne Micallef

Etienne Micallef

L-għalliema u awtur lokali Etienne Micallef ktieb dwar messaġġ li rċieva minn student tiegħu biex jirringrazzjah talli ħadhom ħarġa li tant apprezzaw.

Apparti minn hekk min kiteb il-messaġġ juri kemm japprezza kulma jagħmel Etienne għall-istudenti u kemm jappoġġjahom.

“Grazzi talli tieħu ħsiebna u ta’ kollox u jistħoqqlok ir-rispett kollu tad-dinja għax inti dejjem tirrispettana,” ikompli l-messaġġ.

Etienne xtaq jaqsam dan il-mument speċjali. “Meta tasal id-dar wara x-xogħol u tirċievi messaġġ bħal dan fuq TEAMS mingħand student/a. Kemm hu sabiħ l-apprezzament. Kultant it-tfal jgħallmu lill-kbar!”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI