“L-Oġġetti Kollha T’Hawn Taħt Se Jiġu Rkantati B’Risq Puttinu Cares Minn Għada ’l Quddiem.” – Puttinu Cares

Puttinu Cares

Malta Premier League flimkien ma’ Benevo Bid ħabbru kollaborazzjoni speċjali għal irkant uniku b’risq Puttinu Cares, fejn ser jiġu rkantati diversi oġġetti marbuta mal-istorja tal-futbol Malti.

L-organizzaturi qalu li huma kburin li qed jaħdmu flimkien għal din l-inizjattiva, filwaqt li ħeġġew lill-pubbliku biex ma jitlifx l-opportunità li jkollu biċċa mill-istorja tal-futbol Malti.

L-irkant jibda għada u se jibqa’ għaddej sas-27 ta’ Mejju 2026 f’nofsinhar. Il-fondi kollha miġbura se jmorru b’risq Puttinu Cares.

L-irkant se jsir fuq il-pjattaforma ta’ Benevo Bid fejn wieħed jista’ jaċċessa d-dettalji kollha tal-oġġetti disponibbli.

Għal aktar informazzjoni, dawk interessati jistgħu jikkuntattjaw lill-organizzaturi permezz tal-email jozef@benevobid.com jew fuq in-numru +356 9915 192.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI