Is-sindku Desirei Grech kitbet messaġġ biex issellem il-memorja ta' persuna rispettata u maħbuba immens ġewwa Birkirkara - Johnny ta' Patist. Hekk kif ħalla din id-dinja, Desirei ħadet ħsieb issemmi diversi kwalitajiet sbieħ tiegħu li tant kienu apprezzati.
"Illum Birkirkara tilfet protagonist fil-fotografija Karkariża, bniedem li tul is-snin bena kollezzjoni kbira ta’ ritratti li fiha hemm minquxa parti mill-istorja ta’ Birkirkara. Johnny ta’ Patist kien preżenti kullimkien..."
Desirei tkompli ssemmi, "Is-sena l-oħra kelli x-xorti nippreżentalu tifkira f’Jum Birkirkara, wara li kien ġie nnominat għall-ħidma u l-kontribut tiegħu lejn il-lokalità tagħna."
Insellmu l-memorja tiegħu. Kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.