“Birżebbuġa Imnikta Bit-Telfa Ta’ Ġużeppi Bonniċi, S-Sunnu, Li Għadu Kif Ħalliena” – L-MP Stanley Zammit

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Membru Parlamentari Stanley Zammit sellem il-memorja ta’ Ġużeppi Bonnici li ħalla din id-dinja riċentament.

Hu qal, “Birżebbuġa imnikta bit-telfa ta’ Ġużeppi Bonniċi, is-Sunnu, li għadu kif ħalliena. Dan ir-raġel, jekk hux qed jaħdem in-nar, jekk hux qed ibiegħ il-prima, jekk hux qed jgħin fl-armar, jekk hux qed jagħmel manutenzzjoni … dejjem bi tbissima, dejjem b’imħabba lejn dak li qed jagħmel u dejjem b’ċajta lesta. Raġel li ħalla fil-familja tiegħu l-istess namriet, l-istess tbissima u l-istess ħbiberija sinċiera. Strieħ fis-sliem, Żepp u sellili għal ħabib tiegħek, Pawlu.”

Mit-tim ta’ gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha. Jistrieh fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI