“L-Awtiżmu Huwa Wkoll Parti Minn Dak Li Jagħmilni Min Jien: Mużiċist, Għalliem U Kreatur” – Mark Anthony Bartolo

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Mark Anthony Bartolo qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ sabiħ rigward l-awtiżmu.

Beda billi qal, “Għal ħafna nies, l-awtiżmu huwa xi ħaġa li jimmaġinaw permezz ta’ sterjotipi. Iżda għalija jfisser li nesperjenza d-dinja b’mod differenti. Xi drabi jfisser li naħseb b’mod profond, ninnota dettalji li oħrajn forsi ma jarawx, u nħoss l-emozzjonijiet b’mod intens ħafna. Jista’ jfisser ukoll li xi kultant inkun mifhum ħażin, li nsib diffikultà f’sitwazzjonijiet soċjali, jew li nħossni overwhelmed meta kollox isir wisq storbjuż jew kaotiku.”

Kompla billi żied jgħid, “Iżda l-awtiżmu huwa wkoll parti minn dak li jagħmilni min jien: mużiċist, għalliem u kreatur. Huwa jifforma l-mod kif nisma’ l-mużika, il-mod kif naħseb fuq l-ideat, u l-mod kif nesprimi l-emozzjonijiet permezz tal-kanzunetti u l-kliem. Qed naqsam dan mhux biex inqajjem simpatija, iżda biex ikun hawn aktar għarfien. Wara kull persuna bl-awtiżmu hemm sempliċement bniedem li qed jipprova jagħmel l-aħjar li jista’ biex jikkonnettja mad-dinja. U fl-aħħar mill-aħħar, aħna lkoll sempliċement bnedmin.”







Ritratti:

Facebook/ Mark Anthony Bartolo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI