"Bniedem Li Fis-Skiet Dejjem Ħadem Għall-Familja" – Wayne Isellem Lil Missieru F'Għeluq Sninu

Missier il-preżentatur ta’ ONE u Sindku tal-Kalkara, Wayne Aquilina, illum jiċċelebra għeluq sninu. Missier Wayne hu persuna privata iżda f’dan il-jum, ibnu qasam ritratt tiegħu flimkien ma’ ibnu Dean sabiex jawguralu f’dan il-jum tant speċjali.

Wayne jgħid li missieru, “Mhuwiex bniedem tal-midja soċjali (tant li lanqas għandu facebook jew hekk), anzi… aktar kemm ma jidhirx, aktar aħjar għalih. Bniedem li fis-skiet dejjem ħadem għall-familja u dejjem ra kif ikun hemm għalina. Awguri għas-60 sena lill-għażiż missieri, u nannu ta’ ibni Dean, illum f’għeluq sninu!”

Aħna f’isem Gwida.mt, ningħaqdu ma’ Wayne sabiex nawgurawlu f’dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollu sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu.





Facebook / Wayne Aquilina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI