Carlos Borg, direttur ta’ Carisma Collections, għadu kif ħabbar li se jkun qed jiżżewweġ lill-maħbub tiegħu Alan Debono.
Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu kiteb, “Sibt il-persuna tiegħi, issa se niżżewġu.” Permezz ta’ sensiela ta’ ritratti, hu wera l-vjaġġ tagħhom, avventuri ma’ binhom l-għażiż, iċ-ċurkett il-ġmiel tiegħu fuq subgħajh, u diversi memorji oħrajn li għandhom flimkien.”
Irċevew diversi kummenti pożittivi mingħand persuni jawgurawlhom f’dan it-tragward ġdid eċitanti.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom għal ħajja ta’ ferħ u mħabba flimkien. Ninsabu ħerqanin biex insiru nafu d-data tat-tieġ tagħhom u niċċelebraw l-imħabba ġenwina ta’ bejniethom magħhom! Awguri għeżież!
Facebook / Carlos Borg