“Border Collie Waqa’ F’Bir Madwar Ħdax-Il Metru Fond” – Protezzjoni Ċivili Ta’ Malta

Il-Protezzjoni Ċivili rrappurtaw operazzjoni ta’ salvataġġ fejn kelb ġie salvat minn bir ta’ ħdax-il metru fejn b’aċċident kien waqa’ fih.

Huma spjegaw, “Ilbieraħ waranofsinhar, il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta mit-tieni stazzjon tan-nar irrispondew għal incident fis-Swatar, Birkirkara, fejn annimal kien jeħtieġ l-għajnuna. Dan wara li Border Collie waqa’ f’bir madwar ħdax-il metru fond. Permezz ta’ teknika speċjalizzata bil-ħabel, il-ħaddiema tas-CPD rnexxielhom b’mod sigur isalvaw il-kelb li kien f’sitwazzjoni aġitata. L-annimal kien salvat mingħajr ġrieħi u ingħata għal iktar kura.”

Żiedu jgħidu, “Ic-CPD jixtiequ jirringrazzjaw lill-Animal Welfare għall-assistenza u l-appoġġ tagħhom matul din l-operazzjoni.”



Nirringrazzjawhom mill-qalb tal-għajnuna tagħhom biex dan il-kelb jerġa’ jingħaqad ma’ familtu qawwi u sħiħ.





Ritratti:

Facebook / Civil Protection Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI