F’pandemija, l-għajnuna lejn xulxin tiġi apprezzata ferm aktar. Ir-Renju Unit bħal pajjiżi oħra madwar id-dinja ordna numri ta’ tilqim żejjed biex jikkumbatti l-pandemija.
Ir-raġuni wara dan kollu hi, li ħadd ma kien jaf min ħa jkollu t-tilqima lesta l-ewwel u biex jassiguraw li l-pajjiż tagħhom jirċievi t-tilqima meta tkun lesta, ordnaw minn kumpaniji varji.
Dan ifisser li diversi pajjiżi madwar id-dinja ħa jispiċċaw b’tilqim mhux użat. Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson wiegħed li jagħti ħafna mill-provvista żejda tal-vaċċin tar-Renju Unit lil pajjiżi ifqar f’diskors waqt il-laqgħa virtwali tal-G7 nhar il-Ġimgħa.
Huwa se jħeġġeġ lill-pajjiżi sinjuri biex jappoġġjaw mira ta’ 100 jum għall-iżvilupp ta’ vaċċini ġodda għal mard emerġenti fil-ġejjieni. Ir-Renju Unit ordna aktar minn 400 miljun doża ta ‘vaċċini varji, u għalhekk ħafna se jibqgħu ladarba l-adulti kollha jiġu mlaqqma.