Bosta Skejjel Fi Sqallija Se Jagħlqu Għada Minħabba Maltemp Qawwi

Hekk kif għada msemmi maltemp qawwi f’diversi nħawi ta’ Sqallija, bosta skejjel lokali jieħdu d-deċiżjoni li jagħlqu l-bibien tagħhom nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta tal-Ġimgħa li ġejja.

Skont artikli Taljani, bħalissa jidher li skejjel f’Sardegna, Calabria, u Ragusa, se jkunu uffiċjalment magħluqin, u din il-lista jista’ jkun li tkompli tiżdied.



Din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif il-Maltemp se jkun tant qawwi li jaf ikun ta’ periklu għal tfal żgħar u l-ġenituri li jridu jwassluhom l-iskola.



Nitolbu li fi Sqallija jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid wara din l-aħbar ta’ temp estrem. Dan il-lejl, f’Malta wkoll mistenni riħ qawwi ferm iktar mis-soltu, u għalhekk nappellaw biex kemm jista’ jkun kulħadd jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.



Ritratti:

Facebook / Terremoti e Meteo in tempmo reale u RagusaOggi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI