Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Josette Busuttil kitbet dwar kif wieħed għandu jkun awtentiku u sod fil-karattru tiegħu anke f’sitwazzjonijiet diffiċli.
Hi kitbet, “Wieħed għandu dejjem jimxi fit-triq tiegħu, anke meta tkun diffiċli, għax l-esperjenzi u l-isfidi huma dawk li jibnu s-saħħa tal-karattru. Mhux għaqli li wieħed jipprova jimxi fit-triq ta’ ħaddieħor, għax kull mogħdija hija unika u mfassla skont il-vokazzjoni ta’ kull persuna. B’kuraġġ u b’fiduċja fih innifsu, wieħed għandu jibqa’ awtentiku, għax hu biss jaf tassew fejn irid jasal u kif jasal hemm.”
Dawn il-kelmtejn iġiegħluna naħsbu dwar kemm-il darba jista’ jkun li pruvajna nimxu f’mogħdija li mhix imfassla għalina, sempliċiment biex inkunu bħal ħaddieħor.
Facebook / Josette Busuttil