“B’Qalbna Masquma Nħabbru L-Mewt Ta’ Danjel Cuschieri” – Blanzuni Elenjani Tal-Għama A.D. 2013

Sfortunatament ħarġet l-aħbar li ħalliena Danjel Cuschieri, li kien partitarju leali tal-Għama. Il-paġna tal-Facebook Blanzuni Elenjani tal-Għama A.D. 2013 kitbu post emozzjonanti fuq Facebook.

“Danjel kien persuna li dejjem wera mħabba kbira lejn il-Banda tagħna u lejn il-komunità tagħna, u l-preżenza tiegħu se tkun tassew nieqsa fostna,” huma kitbu.

“F’dan il-mument diffiċli, nesprimu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja, qraba u ħbieb tiegħu. Nitolbu lil Alla jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem u jfarraġ lil dawk kollha li kienu jafuh u jħobbuh. Strieħ fis-sliem, Danjel.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-ħbieb u qraba.







Ritratti:

Facebook / Blanzuni Elenjani tal-Għama A.D. 2013

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI