Brillanti Dance Jirritorna Fuq ONE L-Erbgħa 21 Ta’ Jannar – Skopri Min Hi L-Panel Ta’ Ġurija Ta’ Din Is-Sena!

Brillanti Dance jirritorna din is-sena bil-kbir, akbar u aħjar minn qatt qabel, u l-edizzjoni ta’ din is-sena se tibda fil-21 ta’ Jannar 2026 u se jibda jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fit-20:35 fuq ONE. Din is-sena toffri avventura spettakolari oħra ta’ talent, din id-darba fil-qasam taż-żfin, fejn mijiet ta’ parteċipanti ambizzjużi qed jikkompetu biex jirbħu total ta’ €30,000!



Flimkien mal-preżentatur Joseph Chetcuti hemm iż-żeffiena famuża internazzjonalment Brenda Lee Grech minn Malta, u l-korjografu eċċellenti Andrea Attila mill-Italja. Din is-sena jingħaqdu magħhom ukoll iċ-Champion tad-Dinja tal-Hip Hop Emanuele Battista, iż-żeffiena Arġentina Sol Gilgorri u leġġenda taż-żfin tal-West End Ashley Nottingham.



Lesti?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI