Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Fondazzjoni Nazareth ħabbru l-mewt ta’ Mario Nicholas Suda li għadda għall-ħajja ta’ dejjem illum.
Bdew billi qalu, “B’sogħba kbira nħabbru li l-għażiż Mario Nicholas Suda għadda għall ħajja ta’ dejjem illum il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar, 2026 ikkonfortat bis-Sagramenti Mqaddsa. Mario kien bniedem ta’ karattru kwiet u jħobb lil kulħadd. Kien bniedem empatiku ħafna u jirrikkori għat-talb. Kien devot tal-Qalb imqaddsa ta’ Marija li żgur ħaddnitu magħHa u laqgħetu fil-Ġenna.”
Żiedu, “Se niċċelebraw il-ħajja ta’Mario nhar it-Tnejn, 19 ta’ Jannar b’quddiesa Presente Cadavere fis-14:30 ta’ wara nofsinhar fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina iż-Żejtun u wara nroddu ġismu lill-art fic-Ċimiterju ta’ San Girgor iż-Żejtun.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu. Jistrieh fis-sliem.