Il-paġna Mid-Djarju tat-Timba qasmet aġġornament dwar il-kundizzjonijiet tat-temp mistennija matul il-lejl li ġej, fejn jidher li jista’ jkollna xi ftit xita u anke sajjetti.
Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, il-paġna spjegat li s-sema mistennija tibqa’ pjuttost imsaħħba matul il-lejl, filwaqt li aktar tard jista’ jasal xi sħab tax-xita fuq il-gżejjer Maltin.
Skont l-istess aġġornament, hemm il-possibbiltà li tinżel xi ftit xita f’ċerti nħawi, filwaqt li mhux eskluż li jkun hemm ukoll xi sajjetti qrib jew fuq il-gżejjer Maltin. Il-paġna żiedet tgħid li r-riħ mistenni jkun moderat mill-Punent.
Dan it-tbassir jaqbel ukoll ma’ dak tas-sit MaltaWeather, li għal-lejla qed ibassar temp fil-biċċa l-kbira msaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita.
Facebook/ Mid-djarju tat-timba