Għadu kif ġie mħabbar mument ta’ ċelebrazzjoni għal Churchill Restaurant fix-Xlendi, Għawdex hekk kif ir-ristorant ta l-aħbar li ngħata t-titlu ta’ Gozo’s Best Traditional Mediterranean/Maltese Cuisine Restaurant of the Year 2026.
F’messaġġ fuq il-paġna soċjali tiegħu, it-tim ta’ Churchill esprima l-ferħ u s-sodisfazzjon tiegħu għal dan ir-rikonoxximent, li ddeskriva bħala "riflessjoni tal-passjoni, id-dedikazzjoni u l-ħidma f’tim li ssir ta’ kuljum".
Huma rringrazzjaw lill-membri kollha tat-tim għall-ħidma u l-impenn tagħhom, filwaqt li saħqu li din il-kisba tappartjeni lil kull wieħed u waħda minnhom. Ringrazzjament speċjali mar ukoll lejn il-klijenti tar-ristorant għall-appoġġ u l-lealtà kontinwa tagħhom matul iż-żmien.
It-tim issa qed iħares ’il quddiem biex ikompli joħloq aktar memorji u jservi l-ikel bl-istess passjoni u mħabba.Prosit lit-tim kollu ta’ Churchill Restaurant għal dan ir-rikonoxximent!
Facebook/ Churchill Restaurant