Bħalissa bosta jinsabu mnikkta bl-aħbar li għadu kif ħalla din id-dinja l-attur veteran Joe Gatt. Matul il-karriera tiegħu, Joe mhux biss ħa sehem f'numru kbir ta' produzzjonijiet, iżda permezz tal-pinna tiegħu ta l-ħajja lil ħafna oħrajn. Fost is-sensiliet televiżivi li ssawru bis-saħħa tal-pinna tiegħu nsibu 'Intriċċi' kif ukoll 'Għeruq'.
Għadu kif tħabbar li hu se jkun qed jingħata l-aħħar tislima proprju nhar it-Tnejn li ġej f'belt twelidu ġewwa l-Mosta. Il-funeral tiegħu mistenni jibda fis-7:30 ġewwa s-Santwarju Bażilika ta' Santa Marija.
Kien il-Kunsill Lokali tal-Mosta li ħabbar dan fuq il-midja soċjali fejn fakkar il-kontribut li Joe Gatt ta mhux biss fix-xena Maltija tal-ispettaklu, iżda wkoll lejn beltu, hekk kif għal diversi snin Joe serva bħala kunsillier fil-lokalità tal-Mosta. Issemma wkoll kif Joe Gatt kien ingħata l-unur tant prestiġjuż ta' Ġieħ il-Mosta lura fl-2019.
Jistrieħ fis-sliem!
Facebook / Joe Gatt