Hekk kif illum esperjenzajna l-maltemp, il-kelbToby ma ħalliex ix-xita ttelliflu l-gost waqt il-mixja tiegħu!
F’ritratt ħelu maqsum mill-MSPCA, jidher barra fix-xita u jidher li qed igawdi kull sekonda tal-mixja tiegħu. Iżda wara dan il-mument sabiħ hemm realtà kemxejn ta’ qsim il-qalb. Toby għadu qed ifittex dar u qed jistenna l-opportunità li jsib familja li tilqgħu għandha.
Kif kitbet il-paġna tal-MSPCA, Toby jista’ jieħu gost fix-xita, iżda dak li verament għandu bżonn huwa dar fejn jista’ jerġa’ lura wara l-mixjiet tiegħu.
Nittamaw li ma jdumx ma jasal il-jum li fih Toby jsib il-familja u d-dar li tant jistħoqqlu!
Facebook/ MSPCA & Pexels