“It-Tbatija Li Nara Meta Twaqqafni Jew Iċċempilli Xi Omm Ta’ Xi Priġunier … Xorta Jibqgħu Lesti Jagħtu Ħajjithom, Anke Litteralment” – Prof. Andrew Azzopardi

Nisimgħu b’ħafna priġunieri jiskonataw sentenza għal xi raġuni jew oħra. Tassew li jkunu qed ipattu għal dak li għamlu, iżda ħaġa li forsi ma tantx naħsbu dwarha hija dawk in-nies li jibqgħu barra jistennewhom u jbatu magħhom. Fost l-aktar figurli ewlenin f’dawn il-każijiet insibu lill-omm. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Prof Andrew Azzopardi tkellem dwar dan.

Qal, “Matul dawn l-aħħar snin li ilni nipprova ngħin biex il-priġunieri jiġu trattati b’umanità waħda mill-affarijiet li qatt ma rnexxieli nidra hija t-tbatija li nara meta twaqqafni jew iċċempilli xi omm ta' xi priġunier.”

Żied, “Minn għajnejha jew mit-ton tal-vuċi tagħha, ninduna bit-tbatija li tkun għaddejja minnha u li qed tgħaddi minnha. Saħansitra kellna każ ta’ matriċidju lbieraħ, hux, biex iġegħelna nidħlu f’qoxortna. Kemm ibatu l-ommijiet, Madonna! Imma xorta jibqgħu lesti jagħtu ħajjithom, anke litteralment.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI