Din hi l-ewwel sena meta l-attur Clayton Pace ċċelebra Jum il-Missier!
Il-maħbuba tiegħu Lenies ħejjiet messaġġ għalih biex tirringrazzjah talli bidlilha ħajjitha għall-aħjar bil-preżenza ta’ binhom Noah.
Hu wkoll saħaq kemm dan il-jum ifisser għalih hekk kif qed jiċċelebrah aktar mis-soltu. “Min qatt kien jgħidli li xi darba ser nesperjenza din l-imħabba! Imħabba li ma tistax tfihem, imħabba li ma tistax tispjegaha, imħabba li ttik is-saħħa u l-motivazzjoni li tqum kull ġurnata bi tbissima”.
Fil-fatt irċieva rigal li jinsab kuntent immens bih. Rigal li wara kollox ser jgħin biex iqatta’ aktar ħin u mumenti ħelwin mal-familja tiegħu. “Bla dubju, l-isbaħ oġġett materjali li stajt naqla’ fil-Father’s day”.
Facebook/ Clayton Pace