Covid-19: 121 Każ Ġdid B’Total Ta’ 2167 Każ Attiv

Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 121 każ ġdid.  Il-paġna żvelat ukoll li 105 persuna fieqet mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2167. Apparti minn dan, żewġ persuni oħra tilfu ħajjithom, li jfisser li issa l-ammont ta’ vittmi tela’ għal 108.

It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 8681. Bħal dejjem, il-każijiet li nstabu llum għadhom qed jiġu nvestigati.





Id-dettalji fuq il-każijiet il-ġodda se jingħataw minn Prof. Charmaine Gauci waqt konferenza fin-12:30.

Bħalissa huwa importanti aktar minn qatt qabel li wieħed iżomm mal-miżuri tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI