Covid-19: Rekord Ġdid B’263 Każijiet Ġodda U Żewġ Imwiet

Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 263 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 192 persuna fieqet mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2, 720.

It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 22, 482. Il-paġna żvelat ukoll li tul dawn l-aħħar 24 siegħa, tilfu ħajjithom 2 persuni oħra kawża tal-Covid-19. Dawn kienu żewġt irġiel ta’ 76 u 57 sena Dan ifisser li t-total ta’ mwiet huwa ta’ 315.





Sal-bieraħ ingħataw 77,967 doża tat-tilqima kontra l-Covid-19. 

Bħalissa huwa importanti aktar minn qatt qabel li wieħed iżomm mal-miżuri tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI