Nikkonfermaw: Dalgħodu Din Kienet Għall-Filming Ta’ X Factor Malta

Dalgħodu b’mod l-iktar sigriet aħna konna qedgħin nissendikaw min qiegħed ‘The Point’ għall-filming tal-X Factor Malta. Bejn it-tmienja u l-għaxra ta’ filgħodu kien skedat il-filming f’ta’ Sliema.

Fost ħafna kantanti li spikkaw rajna lil Destiny Chukunyere! Nistgħu nikkonfermaw li rajna lil Destiny ma' 3 iħbieb oħra li ħadd minnhom ma jkanta. Dan ifisser li fost it-talent li sejrin naraw din is-sena jista' jkun hemm Destiny. Fir-ritratt t'hawn taħt tidher ma' Kyle Cutajar, wieħed mill-parteċipanti li s-sena l-oħra wasal sal-judges houses fil-kategorija tal-gruppi.

Destiny rebħet lil Malta l-Junior Eurovision tal-2017 bil-kanzunetta Not My Soul. Dik is-sena stess Destiny kienet ħadet sehem fi Britain's Got Talent. Din is-sena Destiny kienet fuq il-palk ma' Micheala Pace tkanta bhala backing vocals waqt il-kanzunetta Chameleon.

destiny

Dawn huma ritratti li ġew ippublikati minn kantanti stess dalgħodu waqt il-ġbid tal-X Factor Malta.

mark anthony 

Aħna ta’ Gwida.mt nawguraw lill-kantanti kollha li ser jieħdu sehem f’din l-edizzjoni ta’ X Factor Malta.

Destiny / Kurt / Vanessa / Dayle / Ema / Electra

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI