Hekk kif ix-xemx dlonk sparixxiet u s-sħab griż ħakem is-sema, il-paġna tal-Facebook tat-tbassir tat-temp, Aġġornament tat-temp tkellmet dwar dan.
“Dan huwa tip ta’ sħab li minnu jinħolqu maltempati żgħar li fejn jilħqu jagħtu ammont ta’ xita,” huma kitbu. “Qegħdin nosservaw li miegġu hemm silġ u hemm diversi trombi tal-arja fuq il-baħar speċjalment bejn Għawdex u Sqallija.”
“Dan it-temp huwa karaterizzat minn firxa ta’ pressjoni baxxa li fiha arja kiesħa u mistennija tippersisti sa nhar it-Tlieta. Hemm possibbiltà ta’ xi silġ ukoll.”
Facebook / Appornament tat-temp