“Konna Rqadna Barra Mal-YMCA Biex Inwasslu Messaġġ. Esperjenza Unika!” – Eileen Montesin B’Memorja Ta’ Ġest Nobbli

YMCA

Fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, YMCA Malta fakkru inizjattiva li ħalliet impatt sinifikanti fuq is-soċjetà Maltija.

Permezz tal-kampanja Homeless Personalities, diversi uċuħ magħrufa f’Malta għażlu li jitilqu mill-kumdità tagħhom u jgħixu għal ftit żmien ir-realtà ta’ persuni mingħajr dar. Kienu raqdu fit-toroq, jiddependu fuq l-għajnuna ta’ barranin u jesperjenzaw inċertezza totali.

YMCA enfasizzaw li din l-inizjattiva qatt ma kienet biss simbolika, iżda kienet konfront dirett ma’ realtà li ħafna għadhom jiffaċċjaw kuljum. Il-messaġġ kien li l-faqar u t-tbatija jeżistu madwarna kuljum.

L-YMCA Malta irrimarkaw ukoll li dawn il-mumenti ma servewx biss biex jinġabru fondi, iżda biex jinbidel il-mod kif in-nies iħarsu lejn il-problema.

Eileen Montesin, waħda mill-personalitajiet li ssieħbet ma’ YMCA, kitbet dwar din il-memorja ta’ ġest nobbli li wettqu. ” Memorja ta’ snin ilu.Konna rqadna barra mal-YMCA biex inwasslu messagg. Esperjenza unika!”

Prosit kbira!







Ritratti:

Facebook/ YMCA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI