Ilbieraħ tħabbar li ħalliena Ġorġ Tal-Mużew – bniedem li huwa meqjud bniedem uniku, ideali u qaddis minn kulħadd. Ġorġ jibqa’ mfakkar għall-battuti ħelwin li kien jgħaddi lill-pazjenti rikoverati fl-isptar.
Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm l-Arċisqof Schicluna fejn semma li apparti ħabb lill-proxxmu tiegħu, kien bniedem li jfakkru fil-Mulej.
Ghannejt bil-kliem u b’hajtek; habbejt lill-proxxmu tieghek. Id-dahka helwa tieghek fakkritna fil-Mulej. Ghaziz Gorg Agius, Ghannej tal-Mulej, strieh fil-Hniena u l-Hena tal-Feddej! pic.twitter.com/211uxtawCR
— Bishop CJ Scicluna (@BishopScicluna) March 1, 2021
Peppi Azzopardi wkoll kiteb dwar il-mibki Ġorġ u jisħaq li “ħaqqu funeral statali” għax tassew kien “bniedem wisq wisq speċjali”.
Strieħ fis-sliem Ġorġ – tibqa’ fil-memorja ta’ Malta u Għawdex kollha.