“Dan Ir-Ritratt Ħadtu Bħala Ċajta Imma Fakkarni F’Xi Ħaġa Reali… Qed Inżomm Sod Għax Qed Nikber Waqt Dan” – Kurt Calleja

Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, il-kantant lokali Kurt Calleja kiteb kelmtejn ta’ ispirazzjoni.

Hu kiteb, “Dan ir-ritratt ħadtu bħala ċajta imma fakkarni f’xi ħaġa reali. Dawn l-aħħar ftit xhur imbuttawni b’modi li qatt ma ħsibt li se jkolli nimbotta lura. Il-forza kienet tant tqila li partijiet minni riedu jaqtgħu qalbhom u jmorru lura f’vizzji ta’ verżjonijiet antiki tiegħi.”



Hu spjega dak li tgħallem minn dan kollu, “Il-moħħ huwa ikbar minn kull forza ġejja għalik. Ikbar minn kull toqol u dubju. Mela ibqa’ żomm sod. Mhux għax faċli. MHIX! Qed inżomm sod għax qed nikber waqt dan, u anke inti tista’. Kull sfida li pruvat tkissrek qiegħda tibnik. Kull darba li tagħżel li tibqa’ flok taqta’ qalbek, issir iżjed mill-persuna li għandek issir. Kun kburi bik innifsek, u grat ukoll. Għadek biss qed tibda.”





Ritratti:

Facebook / Kurt Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI