“Dan Kien Vjaġġ Mimli Sfidi, Iżda Wkoll Mimli Memorji Sbieħ U Esperjenzi Li Se Nibqgħu Ngħożżu.” – It-Tim Ta’ Karmena Abdilla

Karmena Abdilla

It-tim tal-produzzjoni tas-sensiela Karmena Abdilla, immexxi minn Vince’tor Entertainment, esprima gratitudni kbira lejn kull min ta sehmu biex dan il-proġett ikun ta’ suċċess.

Ringrazzjament speċjali mar lill-atturi kollha li għamlu l-għalmu tagħhom biex jinterpretaw lill-karattri b’talent, b’dedikazzjoni u passjoni.

Il-kontribut tagħhom kien meqjus bħala pilastru ewlieni li fuqu nbniet il-kwalità tal-produzzjoni.

Il-kitba u d-direzzjoni ta’ Soraya Chetcuti ġew imfaħħra bħala elementi kruċjali li wasslu biex l-istorja tieħu forma u tmiss lill-udjenza b’mod sinifikanti.

“Dan kien vjaġġ mimli sfidi, iżda wkoll mimli memorji sbieħ u esperjenzi li se nibqgħu ngħożżu. Grazzi mill-ġdid lil kulħadd talli kontu parti minn din l-esperjenza u talli għamiltuha waħda tassew speċjali. B’ħajr u b’apprezzament kbir, Vince’tor Entertainment. GRAZZI.”

Il-produzzjoni Karmena Abdilla żgur li ser tibqa’ għal qalb il-Maltin u l-Għawdxin kollha li segwewha b’interess.







Ritratti:

Facebook/ Karmena Abdilla

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI