Skont is-sezzjoni ppjanata tal-Enemalta dwar il-qtugħ tad-dawl fuq il-websajt tagħhom, partijiet minn dawn is-seba’ lokalitajiet se jkunu qed jesperjenzaw xi qtugħ tad-dawl skedat għada, l-5 ta’ Frar. Il-ħinijiet ivarjaw, bix-xogħlijiet kollha jibdew filgħodu u jdumu ftit sigħat jew jiġġebbdu wara nofsinhar.
Dawn huma l-lokalitajiet:
- Birkirkara bejn is-7am u l-4pm
- Ħamrun bejn it-8am 2pm
- Santa Venera bejn it-8am u s-2pm
- Ħaż-Żabbar bejn it-8am u s-2pm
- Siġġiewi bejn it-8am u s-2pm
- Mġarr bejn it-8.30am u s-1pm
- Mellieħa bejn it-8.30am u n-12.30pm
Biex tiċċekkja t-toroq speċifiċi li se jiġu affettwati, agħfas HAWNHEKK.