“Dejjem Jgħajruna Lilna L-Għalliema Imma L-Istudenti Jibqgħu Japprezzaw” – Natasha Turner

Il-kittieba u għalliema Natasha Turner qajmet punt fuq il-midja soċjali dwar l-istudenti tagħha, li jiġri x’jiġri dejjem jibqgħu japprezzaw. 

Dejjem jgħajjruna lilna l-għalliema imma l-aqwa li jgħaddi kemm jgħaddi żmien, l-istudenti jibqgħu japprezzaw għax dik hi l-akbar passjoni li għandna – nagħmlu aktar milli mħallsin u milli rrispettati minn bosta sabiex narawhom jirnexxu!” bidet hi. 





Natasha ħadet il-ħin ukoll biex tiżvela messaġġ li rċiviet minn student li kienet tgħallem xi żmien ilu. L-istudent kitbilha hekk: “Dalgħodu rajt il-video tiegħek rigward l-istima personali għaliex telgħali Facebook, u xtaqt nirringrazzjak talli seba’ snin ilu għintni noħroġ minn qoxorti billi tajtni parti fi drama fejn ħassejtni sodisfatt bija nnifsi għall-ewwel darba quddiem udjenza.”

“Affarijiet żgħar li biddluli ħajti. Bis-saħħa ta’ dan bqajt miexi ’l quddiem fis-suċċessi tiegħi, u ta’ dan nirringrazzjak,” spiċċa hu.

Int għandek xi memorji mill-isbaħ tal-għalliema tiegħek? Iktbilna fil-kummenti. 



Facebook/Natasha Turner

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI