Aktar kmieni ġiet imħabbra l-mewt ta’ raġel ta’ 34 sena li tilef ħajtu traġikament ġewwa Ħal Qormi. Il-vittma huwa Robert Micallef, u bosta sellmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali.
“Id-Drama Group San Sebastjan isellem il-memorja ta’ Robert Micallef (Tom-Mix) li tilef ħajtu f’inċident iktar kmieni llum. Nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba u lill-familjari, filwaqt li nżommuhom fi ħsiebna u f’talbna f’dan il-mument diffiċli!”
Il-grupp ikompli jikteb, “Robert għal xi snin ħa sehem bħala attur u dejjem kien minn ta’ quddiem biex jagħti l-kontribut tiegħu lill-għaqda tagħna f’dak kollu li kellu x’jaqsam ma’ ġarr u transport.”
Jiddispjaċina għal din it-telfa. Insellmu l-memorja ta’ Robert. Kondoljanzi lill-familjari u dawk kollha qrib tiegħu.