“Dejjem Se Jkun Hemm Min Jaċċettak U Jħobbok Għal Dak Li Int” – L-MP Fleur Abela Taqsam Messaġġ Importanti Dwar L-Aċċettazzjoni

Għalkemm il-Pride għaddiet diġà, il-Membru Parlamentari Fleur Abela, għażlet li taqsam messaġġ mill-qalb, indirizzat lil dik it-tfajla mistħija li darba kienet hi stess.

Permezz ta’ ritratt partikolari, l-MP rriflettiet fuq il-vjaġġ li għaddiet minnu u fuq id-diffikultajiet li kellha ssaqqaf wiċċha magħhom. Fakkret, kif meta kienet iżgħar kienet tiġi mwarrba u kkritikata għax kienet ftit differenti, iżda minkejja kollox baqgħet iżżomm qalbha tajba.

Tirrakkonta wkoll dwar il-perjodu ta’ konfużjoni sakemm fehmet lil min tħobb, kif esperjenzat qtigħ il-qalb u mbagħad sabet is-saħħa biex terġa’ tibni lilha nnifisha. Illum, bid-differenza tgħid li rnexxielha tilħaq ħolm li darba kien jidher imbiegħed, tgħix barra minn Malta u tkun f’pożizzjoni li tgħin lil ħaddieħor.

Il-messaġġ tagħha hu wieħed ta’ tama: is-soċjetà jista’ jkollha l-opinjonijiet tagħha, iżda dejjem se jkun hemm min jaċċettak u jħobbok kif int. Importanti li qatt ma tinbidel għal ħadd u tibqa' kif int!

Ritratti:

Facebook/Fleur Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI