“Dejjem Kien Lest Biex Jgħin U Biex Jagħti Dik Il-Kelma Ta’ Kuraġġ” – Il-Kunsill Lokali Tal-Ħamrun Irodd Ħajr Lil Dun Walter

Hemm nies li bil-preżenza tagħhom iħallu marka sabiħa fil-komunità, u fosthom hemm bla dubju Dun Walter Cauchi, li għal żmien twil, ta’ servizz fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun ħa l-opportunità biex jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn Dun Walter għall-ħidma u d-dedikazzjoni li wera matul iż-żmien tiegħu fil-parroċċa.

Il-Kunsill fakkar, kif Dun Walter kien dejjem lest biex jgħin lil min ikollu bżonn, filwaqt li ma kienx jonqos milli jwassal kelma ta’ kuraġġ u appoġġ lil dawk ta’ madwaru. Kliem li juri kemm il-ħidma tiegħu marret lil hinn mill-ħitan tal-knisja, u laħqet il-qlub ta’ ħafna nies fil-komunità.

“Grazzi mill-qalb Dun Walter!” qal il-Kunsill Lokali Ħamrun, filwaqt li awguralu għall-ġejjieni. Din hi tislima sempliċi, iżda mimlija gratitudni lejn bniedem li għal ħafna kien ta’ għajnuna u ta’ kliem siewja fil-mumenti li l-aktar kien hemm bżonn.

Ritratti:

Facebook/Il-Hamrun – Kunsill Lokali Hamrun

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI