“Dejjem Tista’ Sserraħ Fuqi!” – Omm Faith B’Messaġġ Qasir Iżda Li Jfisser Ħafna Għal Bintha

Omm Faith Graziella

L-appoġġ u l-kburija li turi omm Faith lejn bintha huwa evidenti f’kull post li tippubblika fuq il-paġna Up & Up with Faith. Kontinwament turi kemm lesta li tkun hemm għaliha u għal ħuha jgħaddi kemm jgħaddi żmien, u jiġri x’jiġri.

X’sentiment sabiħ meta omm tfakkar lil uliedha li hi dejjem hemm, u li hi bastun f’kull sekonda, anke meta l-baħar ikun imqalleb. Dan hu dak li tixtieq tfakkar lil bintha fil-post li tefgħet Graziella.

“Dejjem tista’ sserraħ fuqi!” tikteb waqt li xxerred ritratt ta’ Faith fuq daharha. Xena li litteralment turi kemm ommha qiegħda hemm biex tgħinha titla’ ‘l fuq jiġri x’jiġri.

Kemm huma prezzjużi messaġġi bħal dawn!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI