Destiny Din Is-Sena Ħa Tesperjenza Eurovision B'Differenza – X'Ħa Jsir Eżatt?

L-organizzaturi tal-Eurovision Song Contest eskludew spettaklu kif nafuh issoltu u xi forma ta’ distanzi soċjali ħa jkunu fis-seħħ meta l-avveniment ta’ din is-sena jittella’ f’Mejju.

Huma qalu li għadhom qed jiżnu l-aħjar mod biex ittellgħu l-ispettaklu, u kienu qed “determinati iżda realistiċi”. Tant hu hekk li jidher li hemm tliet xenarji li qed jiġu kkunsidrati. L-ewwel waħda li jsir b’udjenza limitata u dawn josservaw id-distanza soċjali, it-tieni waħda li jsir bla udjenza u t-tielet xenarju hu li kulħadd ikanta minn pajjiżu.





Infatti l-kontestanti diġà ntalbu jipproduċu prestazzjoni “live-on-tape” qabel il-kompetizzjoni. Il-vidjows jintużaw jekk l-artisti ma jkunux jistgħu jivvjaġġaw minħabba l-pandemija, jew ikunu mġiegħla jagħmlu kwarantina fil-post.

Il-Kompetizzjoni għall-aqwa Kanzunetta tal-2021 xorta se ssir f’Rotterdam wara li l-Olanda rebħu l-kompetizzjoni fl-2019 bil-kanzunetta Arcade. L-avveniment tas-sena l-oħra ġie kkanċellat minħabba l-pandemija li kienet fl-aqwa tagħha.

“Il-Eurovision Song Contest żgur se jagħmel ir-ritorn milqugħ tiegħu f’Mejju minkejja l-pandemija iżda, fiċ-ċirkostanzi prevalenti, huwa sfortunatament impossibbli li nagħmlu l-avveniment bil-mod kif imdorrijin bih,” qal il-kap eżekuttiv ta’ dan l-ispettaklu Martin Österdahl.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI