Minħabba li ċ-ċelebrazzjonijiet u l-attivitajiet tal-Karnival tas-soltu tħassru, il-Karnival qed jiġi ċċelebrat b’mod differenti f’diversi lokalitajiet.
Fil-Marsa saret installazzjoni karnivaleska bit-tema ‘Save The Ocean’, li wieħed jista’ jaraha fi Triq Aldo Moro. Apparti minn hekk, ġiet organizzata attività mill-Kunsill Lokali tal-Marsa fejn Vintage Bus bdiet iddur mat-toroq Marsin bil-banda u l-mużika.
Il-Karnival fil-Marsa jkompli nhar il-Ħadd mid-9:30am il-quddiem.
Ritratti: Facebook / Marsa Local Council