Din Il-Ġimgħa Niċċelebraw Lill-Ulied: Il-Ħadd Li Għadda Lill-Bniet U Llum Lis-Subien

Illum huwa l-jum li fih niċċelebraw lill-ulied subien tagħna.

Dan il-jum jonora l-importanza tal-ulied subien u l-ferħ li jġibu magħhom. L-ulied subien b’mod speċjali jkunu jeħtieġu mudelli sodi biex iħarsu lejhom u jgħinuhom jikbru f’irġiel kunfidenti, dixxiplinati, u empatiċi.

Fl-24 ta’ Settembru ċċelebrajna wkoll il-jum dinji ddedikat għall-ulied bniet. Dan jiġi ċċelebrat kull sena fir-raba’ Ħadd ta’ Settembru.

Dan il-jum jonora l-imħabba tal-ulied bniet tagħna u l-kuntentizza li tiġi magħhom. Diċ-ċelebrazzjoni oriġinat fl-Indja, fejn il-bniet żgħar għadhom meqjusin bħala toqol żejjed u ta’ inqas valur mis-subien. Għaldaqstant, inħoloq dan il-jum iddedikat għalihom biex tiġi sfidata dil-perċezzjoni skorretta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI