“Din Ir-Regħba Tal-Flus Qisna Qatt Mhu Ħa Mmutu, Qisu B’Għaxar Ewro Iżjed Fil-But Ħa Nsiru Iżjed Sinjuri” – Clifford Galea

Fuq il-paġna tiegħu, Clifford Galea qasam kelmtejn profondi mas-segwaċi tiegħu fejn tkellem dwar in-nuqqas ta’ mħabba u rispett li qed jara madwaru.

Hu qal, “Illum uffiċjalment tibda l-Ġimgħa Mqaddsa, Ħadd il-Palm. Fil-Knisja jinqara wkoll il-passju, fil-qosor il-passjoni ta’ Sidna Ġest Kristu fejn nisimgħu l-ġrajja kollha tal-fidwa. Kumment li xtaqt ngħaddi… ftit ilu rajna fuq il-mezzi soċjali li kien hemm każ fejn xi ħadd irrealizza x’qed isir forsi minn ħutna Maltin imma barranin.”

Żied jgħid, “Din ir-regħba tal-flus qisna qatt mhu ħa mmutu, qisu b’għaxar ewro iżjed fil-but ħa nsiru iżjed sinjuri, qisu qatt m’għandna biżżejjed, ma nafx fejn se twassal. Qed twassal li nsiru iżjed foloz, u maqtugħin minn xulxin. Individwaliżmu qawwi.”

Kompla jispjega, “Dan huwa l-ispirtu reliġjuż li nemmnu tant bih? Dan hu l-ispirtu ta’ mħabba li tant ngħidu li qed inħossu n-nuqqas tiegħu fid-dinja tal-lum?”



Clifford spjega li qed nisfruttaw u nużaw lil xulxin f’kull aspett tal-ħajja, u appella għal iżjed rispetto u empatija lejn xulxin.





Ritratti:

Facebook / Clifford Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI