“Din Is-Sena Ħa Nibqa’ Niftakarha” – Deejay Lino Jirringrazzja Lill-Ħaddiema Tal-Emerġenza Wara Li Weġġa’

Id-DJ Malti Deejay Lino qasam messaġġ qasir iżda emozzjonanti fuq il-midja soċjali wara li sofra injury li ħallietu b’idu mweġġa’. F’ritratt li ppubblika online, Deejay Lino deher b’idu fis-sling, filwaqt li ta x’jifhem li għadda minn mument diffiċli li żgur mhux se jinsieh malajr.

“Dis-sena ħa nibqa’ niftakarha,” kiteb, akkumpanjat minn emoji li tesprimi emozzjoni. Fil-messaġġ tiegħu, huwa ħa l-opportunità biex jirringrazzja lill-istaff tal-Emerġenza għall-kura u l-assistenza li rċieva, kif ukoll lill-persuni li għenuh matul is-sitwazzjoni.



“Grazzi lis-staff tal-Emerġenza u lil min għini. Nies twajba fadal fuq din l-art,” żied jgħid. Għalkemm ma ta l-ebda dettall dwar kif seħħ l-inċident jew il-gravità tal-injury li ġarrab, il-kliem tiegħu juri apprezzament lejn dawk li kienu ta’ sostenn għalih f’mument diffiċli.



Diversi segwaċi u ħbieb tiegħu fuq il-midja soċjali ħallew messaġġi ta’ kuraġġ u fejqan ta’ malajr, filwaqt li awgurawlu li jirkupra kemm jista’ jkun malajr sabiex jerġa’ lura għall-attivitajiet u l-impenji tiegħu.

Minn naħa ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Deejay Lino fejqan ta’ malajr.



Ritratti:

Facebook / Deejay Lino

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI